(FILMAT) Angelina Jolie baqgħet id-dar biċ-Chicken Pox

Bagħtet lil Brad Pitt jippreżentaha għal film li dderiġiet ‘Unbroken’

Angelina Jolie bil-ħożba
Angelina Jolie bil-ħożba

Dwar li mar jirrapreżenta lil martu, Brad Pitt qal,”marti ma setgħetx tiġi għax għadha mimlija ponot u tbajja u jkolli ngħid li tilmenta ħafna. Iżda l-moral tagħha hu għoli. Ħadmet ħafna għal dan il-film u tinsab kuntenta għal dawk kollha li ġew għal premier ta’ dan il-film li jagħti ġieħ lil Louie Zamperini.”

UNBROKEN li s ejoħroġ fis-swali dalwaqt inħadem minn fuq ktieb li jismu “Għadni raġel” u jirrakonta l-istorja vera ta’ Louis zamperini, atleta olimpiku li spiċċa priġunier tal-Ġappuniżi fl-aħħar gwerra dinjija, storja ta’ kuraġġ u reżistenza.

Inżamm priġunier u spiċċa fil-mira ta’ kriminal tal-gwerra, Zamperini inħeles eżatt mat-tmiem tal-gwerra meta kulħadd kien qata qalbu minnu li kien għadu ħaj. Fil-fatt hu miet dis-sena fl-eta ta’ 97 sena b’pulmunite.

Zamperini kien trabba bħala delinkwent, u beda jiġri biex jaħrab mill-pulizija. U baqa jiġri sa ma sar champion olimpiku.

More in Zekzik