Lady Gaga libset ta' rizza

Il-kantanta Italo-Amerikana skopriet l-iktar kostum skomdu possibbli?

Lady Gaga bil-kostum minfuħ
Lady Gaga bil-kostum minfuħ

Forsi l-libsa magħmula mil-laħam kienet disgustanti imma Lady Gaga rnexxielha tilbes waħda mill-aktar ilbiesi skomdi li qatt setgħet toħlom bihom. Fil-fatt spiċċat il-lejla mingħajru.

It-Tnejn li għadda l-kantanta Italo-Amerikana lestiet l-aħħar speattaklu dinji tagħha f’Beroy, Pariġi. Imbagħad marret iddur fil-kapitali Franċiża b’kostum kulur il-fidda u bil-ponot li mbagħad intefaħ biex sar qisu rizza. Il-kostum għandu d-disinn ta’ Jack Irving, Ingliż ta’ 21 sena, li qal lil gazzetta elettronika MailOnline li l-għan tal-kostum hu li min jilbsu jinbidel quddiem udjenza u jintefaħ bħala rizza. 

Lady Gaga bil-kostum qabel nefħitu
Lady Gaga bil-kostum qabel nefħitu

Lady Gaga spiċċat neżgħet il-kostum minfuħ u qattgħet il-bqija tal-lejla ġo nightclub f’qalziet ta’ taħt iffjuriet, bra forma ta’ żewġ arzelli, fishnet tights u ż-żarbun li ħarġet bih.

More in Zekzik