Se trodd il-qligħ minn 'New York' lill-iskejjel pubbliċi ta’ New York

Ikkritikata l-ħatra tagħha bħala ambaxxatriċi ta’ New York

Taylor Swift
Taylor Swift

Il-kantanta Taylor Swift se trodd il-qligħ li tagħmel lura lill-belt li addottat. Il-qligħ li se tagħmel mill-bejgħ tas-single tagħha ‘Welcome to New York’ se jmur għall-iskejjel pubbliċi fi New York. Dan qalitu fuq ‘The View’.

Il-kantanta marret tgħix f'Manhattan aktar kmieni din is-sena u għadha eċitata bis-sbuħija tal-belt. Ftit tal-jiem ilu nħatret ambaxxatriċi ta’ New York – Global Welome Ambassador għat-turiżmu ta’ New York – xi ħaġa li qamet kritika minħabba li m’ilhiex wisq tgħix hemm. Tammetti li l-belt tħobbha ħafna u tħoss il-bżonn li xxandar ma' kullimkien l-inkredibbiltà ta' din il-belt.

“Għadni qed nitgħallem u tassew entużjasta dwar din il-belt. Dwarha nħoss dak li nħoss meta nħobb xi ħaġa. Nitkellem ħafna dwarha.

More in Zekzik