Wieħed mill-ewwel kompjuter Apple jinbiegħ kważi miljun dollaru

Mudell minn tal-ewwel li għal snin twal kien miżmum merfugħ fil-ħġieġ inbiegħ b'irkant għal kważi miljun dollaru

Apple - 1
Apple - 1

 

Il-'motherboard' hu wieħed minn madwar 50 kompjuter, Apple-1 li kien manifatturat minn Steve Wozniak fil-garaxx ta' sieħbu Steve Jobs fl-1976. Ftit minnhom għadhom jeżistu u l-aħħar wieħed li nbiegħ ġabar dawn il-flejjes minħabba l-kundizzjoni mill-aqwa li nżamm.'

Mal-motherboard kien inkluż il-'keyboard u l-'power supply' oriġinali u l-monitor Sanyo. Dan il-kompjuter kien tal-fundatur tas-Cincinnati Applesiders - grupp li juża l-Macintosh - u ilu merfugħ fil-ħġieġ mill-1989. Hu mifhum li hawn biss 15-il kompjuter Apple - 1 li għadhom jaħdmu.

 

 

More in Zekzik