Żewġha qalibhiela mal-akbar ħabiba tagħha u ma' nisa oħra

Żewġha preżenti għat-tnedija minkejja xnigħat li reġgħu bil-problemi.

Price tippoża waqt it-tnedija tal-ktieb
Price tippoża waqt it-tnedija tal-ktieb

Ilbieraħ il-mudella Katie Price, magħrufa wkoll bħala Jordan, nediet l-aħħar ktieb tagħha ‘Make My Wish Come True’ liebsa leotard u mantell bil-kappa tal-bizzilla b’bordura tar-rix. Il-kostum kien jinterpreta l-mara mpinġija fuq il-qoxra tar-rumanz tagħha. Price ma kitbitx biss rumanzi imma anki serje ta’ kotba għat-tfal kif ukoll bosta awtobijografiji.
Preżenti għat-tnedija kien hemm parti minn familt Price – żewġha Kieran Hayler, li kien qed iġorr lil binthom ta’ xahrejn Bunny, flimkien maż-żewġ uliedha miż-żwieġ tagħha ma’ Peter Andre, Junior u Princess. Mid-dehra Price ħafret lil żewġha li qalibhielha mal-akbar ħabiba tagħha u xi nisa oħra.

Price aċċettat lura lil żewġha, li hu disa’ snin iżgħar minnha, ftit qabel ma’ welldet lil Bunny bit-tama li jerġgħu jibnu żwieġhom. Minn dak iż-żmien ’l hawn żewġha ħa terapija kontra l-vizzju tas-sess. 

Żewġha Kieran Hayler ma’ binthom ta’ xahrejn Bunny u uliedha Junior u Princess
Żewġha Kieran Hayler ma’ binthom ta’ xahrejn Bunny u uliedha Junior u Princess

More in Zekzik