20,000 maskra għall-ħaddiema ta' Mater Dei minn kumpanija bbażata f'Malta

Il-maskri kienu mgħoddija lill-GRTU li minn naħa tagħha għaddiethom lill-Awtoritajiet tas-Saħħa

CiviQuo, kumpanija bbażata Malta u li topera ma' inkubaturFranċiż ta' negozju UNIQORN, għaddew 20,000 maskra lill-General Retrailers and Traders Union (GRTU) li minn naħa tagħha għaddiethom lill-Gvern biex iqassam kif l-aħjar li jaħseb hu. Dawn il-maskli jingħaqu ma' 20,000 oħrajn li ġew distribwiti fi Franza.  Il-maskli kienu magħmulin fiċ-Ċina minn Vara Home. 

Karl Farrugia, Direttur Maniġerjali tas-Central Procurement & Supplies Unit (CPSU) f'Mater Dei qal illi dawn se jintużaw flimkien ma' apparat ieħor mill-infermiera u ħaddiema anċillari fil-wards tal-istess sptar. 

Id-Deputat President tal-GRTU Philip Fenech sostna illi l-unjin kienet qed taħdem mal-partijiet kollha biex dawn il-maskri setgħu jiġu f'idejn l-awtoritajiet.  

More in Socjali