L-instructors tal-karozzi jingħaqdu u jixtru l-ħelu għall-ħaddiema tas-saħħa

Aħbar tajba tinżel għasel ma' kulħadd bħalissa u ġest sabiħ li għamlu l-instructors tal-karozzi żgur li se jinżel għasel mal-ħaddiema tas-saħħa

Aħbar pożittiva bħalissa tinżel għasel! Diversi għalliema tal-karozzi, dawk li aħna nsejħulhom instructors, bħalissa mhux qed itellgħu l-istudenti għall-eżamijiet tas-sewqan iżda ma baqgħux idejhom fuq żaqqhom.

Diversi skejjel ingħaqdu flimkien u xtraw id-doughnuts għall-ħaddiema tas-saħħa li bħalissa għaddejin bla nifs biex jikkuraw u jieħdu ħsieb lill-pazjenti tal-coronavirus u anke biex iwettqu t-testijiet u jeżaminawhom.

More in Socjali