Is-Santwarju tal-Karmnu jiġbor aktar minn €6,000 għall-familja Pace

Miriam Pace kellha ħafna għall-qalba dan is-Santwarju Marjan u fih ingħatat l-aħħar tislima

 

Is-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu li tant kien għal qalb Miriam Pace, ġabar is-somma ta' €6,190 għall-familja tagħha.

Dan is-Santwarju kien ħafna għall-qalb Miriam Pace u fih, bħal-lum ġimgħa, ingħatat l-aħħar tislima minn mijiet ta' persuni li ħonqu kull parti tiegħu.

Apparti minn hekk, ħafna laqgħu s-sejħa tal-komunità Karmelitana u ħadu diversi affarijiet oħra, bħal ħwejjeġ għall-familja Pace.

Miriam tilfet ħajjitha nhar it-Tnejn 2 ta' Marzu meta ġġarfet id-dar tagħha fil-Ħamrun, biswit post ta' kostruzzjoni.

Il-Pulizija qed tinvestiha dan il-każ u kienet arrestat xejn inqas minn sitt persuni, inkluż il-perit u l-kuntratturi tal-proġett.

More in Socjali