Konċessjoni biex illejla jinġiebu Malta persuni li nqabdu l-Italja - Virtu Ferries

Il-Virtu Ferries tħabbar vjaġġ għall-Maltin li jridu jiġu hawn jew Taljani li jixtiequ jmorru l-Italja

Persuni Maltin jew residenti Maltin li jinsabu l-Italja u li jixtiequ jiġu lura pajjiżna jistgħu jaghħmlu dan permezz tal-katamaran illejla

Fi stqarrija il-Virtu Ferries, li topera it-trasport bejn Malta u Sqallija, qalet illi Taljani f'Malta u Maltin fl-Italja se jkunu jistgħu jirritornaw id-dar illejla bħala konċessjoni, minkejja għeluq tal-Italja minħabba il-firxa kbira tal-coronavirus.  F'ġurnata waħda biss in-numru ta' nies li tilfu ħajjithom minħabba din il-marda, f'dan il-pajjiż, żdied minn 366 għal 463.

L-operaturi ħabbru wkoll illi l-Katamaran se jkun disponibbli skont l-iskeda għal vetturi kummerċjali.

 

More in Socjali