It-tifla u oħtha ma marrux skola ... u fatti oħra dwar l-ewwel każ ta' coronavirus f'Malta

Il-fatti dwar l-ewwel każ ta' Coronavirus f'pajjiżna elenkati hawn ...

Malli l-midja dalgħodu - inkluż is-sit illum.com.mt - żvelaw illi Malta għandha l-ewwel każ ta' coronavirus, beda l-paniku li wieħed jistenna hekk kif marda bħal din tista' tinfirex u tolqot diversi persuni fil-pajjiż. 

Minkejja dan, tajjeb wieħed jelenka l-fatti dwar l-ewwel każ ta' Coronavirus biex inħeġġu wkoll lin-nies ma jgħaġġlux u jaslu għal konklużjonijiet mhux fondati. 

1 - It-tifla waslet minn Ruma nhar it-Tlieta 2 ta' Marzu  - mal-ġenituri tagħha u oħtha

2 - Huma kienu ġejjin minn vaganza fi Trentino

3 - Il-familja ddeċidiet hi stess li tagħmel kwarantina f'darha

4 - It-tifla ma kellhiex sintomi tal-virus sakemm kienet fuq it-titijira lejn Malta

5 - Is-sintomi ħarġu nhar il-Ħamis li għadda

6 - It-tifla u oħtha ma marrux l-iskola wara li ġew lura mill-Italja

7 - Il-ġenituri ma marrux ix-xogħol lanqas

8 - Il-viroloġista Chris Barbara jgħid li l-virus ma jitteħidx qabel ma joħorġu s-sintomi

9 - M'hemmx għalfejn jingħalqu skejjel jew jitħassru attivtajiet tal-massa bħal tiġijiet - jgħd il-Ministru tas-Saħħa

Jekk trid taqra aktar informazzjoni dwar il-virus u kif tista' tipprevjeni  aqra hawnhekk.

More in Socjali