Sejħa għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ Għawdxin biex jissieħbu fil-Kor Djoċesan għaż-żjara tal-Papa

Il-Papa Franġisku se jkun qed iżur is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu

Ritratt miż-żjara tal-Papa Benedittu f'Malta
Ritratt miż-żjara tal-Papa Benedittu f'Malta

Id-Djoċesi ta’ Għawdex qed tagħmel sejħa għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ Għawdxin li jixtiequ jingħadu mal-Kor Djoċesn taż-Żgħażagħ għaż-żjara f’Malta u Għawdex tal-Papa Franġisku fl-aħħar ta’ Mejju li ġej.

Il-Papa Franġisku se jkun qed iżur Malta bejn it-30 u l-31 ta’ Mejju li ġej u fost oħrajn se jkun qed iżur is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu.

L-adoloxxenti u ż-żgħażagħ Għawdxin li jixtiequ jissieħbu f’dan il-kor jistgħu japplikaw fuq www.papafrangisku.mt/korghawdex.

Persuni ta’ bejn l-età ta’ 10 u 50 sena huma eleġibbli japplikaw sabiex issirilhom awdizzjoni. 

Huma mħeġġa b’mod partikulari l-adolexxenti u żgħażagħ li huma membri attivi fil-parroċċi, iċ-ċentri pastorali u l-movimenti tal-Knisja f’Għawdex. 

L-awdizzjonijiet ser isiru fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb, Triq Sir Pawlu Boffa, il-Belt Victoria, nhar il-Ħamis 12 ta’ Marzu bejn l-4.00pm u s-6.30pm u nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu bejn is-2.30pm u l-4.30pm. L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sal-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2020. 

More in Socjali