It-Tqarbin se jsir biss fl-idejn; Il-kurja b'direttivi ta' prekawzjoni kontra t-tixrid tal-coronavirus

F’każ ta’ Tqarbin mill-kalċi, il-Kurja appellat għall-użu ta' kalċijiet differenti biex ħadd ma jixrob direttament mill-istess kalċi

Fid-dawl tal-każijiet ta’ coronavirus li laqtu pajjiżi viċin Malta, il-kurja tal-Arċisqof ħarġet sett ta’ direttivi għat-Tqarbin bil-għan li jonqos il-periklu tat-tixrid tal-virus.

Fil-komunikat, il-Kurja qalet li t-Tqarbin mhux se jsir fil-ħalq u se jsir biss fl-idejn.

F’każ ta’ Tqarbin mill-kalċi, għandhom jintużaw kalċijiet differenti biex ħadd ma jixrob direttament mill-istess kalċi.

Fil-komunikat, mibgħut lill-Arċiprieti, il-Kappillani u r-retturi tal-knejjes kollha, il-Kurja ħeġġet lis-saċerdoti biex jiddiżinfettaw idejhom sew qabel il-quddiesa u jekk hemm bżonn anke qabel it-Tqarbin.

L-istess jgħodd għall-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.

More in Socjali