Vuċi soda għall-batut; Imut Joe Bartolo magħruf għall-ħidma tiegħu fl-akkomodazzjoni soċjali

Joe Bartolo, magħruf bħala “is-Sloopy” u li ħadem ħafna favur il-ġustizzja soċjali, miet fl-età ta’ 69 sena

Joe Bartolo, magħruf bħala “is-Sloopy” u li ħadem ħafna favur il-ġustizzja soċjali, miet fl-età ta’ 69 sena.

Bartolo, ħadem ħafna kontra l-faqar f’pajjiżna u kkontribwixxa b’mod attiv ħafna biex ġew imfassla diversi policies, bħal dawk tal-housing u anke l-liġi riċenti li rregolat is-suq tal-kera.

Kien ukoll attiv f’diversi proġetti ta’ housing, inkluż dawk li qed isiru bħalissa.

Bartolo kien ukoll attiv fil-Partit Laburista, membru attiv tal-Alleanza Kontra l-Faqar, tal-Moviment Graffitti u tal-Koperattiva tal-Kotba fl-Università ta’ Malta.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista sellimlu bħala l-vuċi soda għall-batut u li ħadem biex itejjeb il-kwalità ta’ ħajja ta’ kull individwu.

Sellimlu wkoll il-Partit Nazzjonalista li fakkar il-ħidma tiegħu biswit il-mibki Charles Miceli.

More in Socjali