Toqgħod Raħal Ġdid, Ħal Tarxien jew Santa Luċija? Tantx taqla' platti bejn l-Erbgħa u l-Ħamis

Il-provvista tal-ilma se tinqata' minħabba xi xogħlijiet infrastrutturali

Residenti ta’ Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u possibbilment Santa Luċija se jkunu mingħajr provvista tal-ilma bejn nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru u l-Ħamis 21 ta’ Novembru.

Fi stqarrija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tixtieq tinforma lill-pubbliku li minħabba xogħlijiet infrastrutturali, il-provvista tal-ilma f’dawn il-lokalitajiet se tkun sospiża nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru fis-7 ta’ filgħaxija sal-għada l-Ħamis fis-6 ta’ filgħaxija.

Aktar tagħrif u aġġornamenti il-paġna ta’ facebook tal-Korporazzjoni.

More in Socjali