Imut l-ekonomista Karm Farrugia. Ara x'kien qal dwar il-pensjonijiet u l-opportunisti fil-Labour ...

Ekonomista, eks għalliem tal-Ministru Edward Scicluna, eks Kap Eżekuttiv tax-ShipBuilding, xellugi u ma jdurx mal-lewża ... imut Karm Farrugia 

L-ekonomista Karm Farrugia miet, fl-età ta' 87 sena. Huwa kien kontributur fuq diversi mezzi tax-xandir kif ukoll kien intervistat diversi drabi mill-gazzetta ILLUM f'reazzjoni għal Baġit jew miżura finanzjarja. Hawn hi waħda mill-intervisti li l-gazzetta għamlet ma' Farrugia

Ara hawn x'kien qal lill-gazzetta ILLUM dwar l-opportunisti fil-Partit Laburista

Wara li studja l-accounts f'Londra huwa akkwista MSc f'ekonomija mill-Iskola tal-Ekonomija u Xjenza Politika ta' Londra. Għal diversi snin huwa kien lettur fis-suġġett tal-ekonomija u maniġment industrijali. Huwa kien ukoll għalliem tal-Ministru Edward Scicluna. 

Meta kien elett il-Partit Laburista fil-Gvern fl-1971 Farrugia kien serva ta' Direttur fil-Malta Development Corporation fiż-żmien meta Malta kienet qed tipprepara biex tintqata' mill-forzi Brittaniċi għal kollox. 

Huwa wkoll għamel ftit xhur bħala Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali fl-1973 filwaqt li għal xi żmien kien ukoll il-Kap Eżekuttiv tax-Shipbuilding. 

More in Socjali