'Wasal iż-żmien li f'kull skola jkun hemm mediku lest għal kull emerġenza'

Cutajar tappella biex ikun hemm preżenza medika f'kull skola madwar Malta u Għawdex

Id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar
Id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar

Id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar sostniet li wasal iż-żmien li f’kull skola jkun hemm mediku lest għal kull emerġenza li tista’ tinqala'.

Cutajar qalet dan b’reazzjoni għal kitba li tellgħet fuq Facebook minn ġenitur ikkonċernat dwar is-saħħa ta’ uliedu hekk dan kien informat li f'każ ta' emerġenza saħansitra f'sitwazzjoni ta' ħajja jew mewt, l-ebda għalliem ma jista' jamministra mediċina minħabba li mhumiex mħarrġa fl-ewwel għajnuna.

Cutajar qalet ukoll li l-problema mhumiex l-għalliema. “Il-ġenituri ħaqqhom serħan il-moħħ meta uliedhom ikunu l-iskola. Iżda l-problema hawn mhux l-għalliema. Għalliem mhux tabib u nittama li ma jkunx hawn minn jippretendi li għandu jkun tabib ukoll," kitbet id-Deputat Laburista fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook.

More in Socjali