Tinkwetawx! Mhux żejt jew ħmieġ imma riżultat ta' maltempati madwarna

Jekk rajtu ħafna xkuma, qisu foam, fil-baħar dalgħodu tinkwetawx ....

Ritratt mibgħut minn Alexis Vella Falzon
Ritratt mibgħut minn Alexis Vella Falzon

Jekk dalgħodu kontu għaddejjin minn ħdejn il-baħar u rajtu ħafna materjal qisu xkuma fil-baħar, tinkwetawx. Mhux żejt jew ħmieġ mill-irziezet tal-ħut. 

Fil-fatt, b'referenza għal diversi ritratti li ttieħdu dwar dak li deher bħal xkuma, Tristan Callieri mill-Aquaculture Resources Ltd, sostna illi minn investigazzjoni li għamlet l-organizzazzjoni jirriżulta li dan mhu xejn ħlief 'sea foam'. Dan inħoloq minħabba maltempati fl-ibħra madwar il-gżejjer Maltin dan il-lejl. 

 

 

More in Socjali