Min-nhar it-Tnejn anke persuni LGBTIQ jistgħu jagħtu d-demm

Kienet il-gazzetta ILLUM li waslet biex il-folja tinqaleb wara li ċemplet u kkonfermat li persuni gay ma setgħux jagħtu d-demm

Persuni gay u persuni oħra li sa issa ma setgħux jagħtu d-demm, se jkunu jistgħu jagħmlu dan min-nhar it-Tnejn li ġej.

F’April tas-sena li għaddiet, il-gazzetta ILLUM kienet irrapportat li persuni LGBTIQ ma setgħux jagħtu d-demm, artiklu li kien qajjem reazzjoni ta’ rabja fost ħafna.

Kien dan l-artiklu li wassal biex il-Minsteru għas-Saħħa jniedi investiment biex anke persuni ommosseswali jkunu jistgħu jagħtu d-demm, aħbar li xorta waħda ma niżlitx tajjeb ma' kulħadd.

Fil-fatt, fl-aħħar xhur, fil-Bank tad-Demm sar investiment ta’ nofs miljun ewro, minn fondi tal-European Economic Areau li bis-saħħa tiegħu numru ta' persuni li sa issa ma kinux jistgħu jagħtu d-demm issa ser ikunu jistgħu.

Id-Deputat Prm Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal dan waqt li laqa' lill-President ta' Malta George Vella ġewwa l-Bank tad-Demm fi Gwardamanġa.

"Id-demm mhux prodott li nistgħu nixtru. Huma l-voluntiera li b'tant altruwiżmu jmorru fil-Bank tad-Demm u jagħtu d-demm li jagħmlu possibbli ħafna mill-operazzjonijiet li jsiru fl-isptar", qal min-naħa tiegħu l-President ta' Malta George Vella.

Is-sena li għaddiet kienu kważi 22,000 il-persuni li marru jagħtu d-demm u li minnhom effettivament setgħu jagħtu madwar 17,000 persuna. 

Id-Deputat Prim Ministru qal li dan in-numru mistenni jiżdied, issa li se tkun introdotta magna ġdida, NAT testing. 

More in Socjali