Attent jekk tirċievi imejl jew ittra tistaqsik dwar il-VAT jew it-taxxa

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi qed iwissu dwar scams li qed jintbagħtu b’imejls u anke ittri

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi qed iwissu dwar scams li jintbagħtu b’imejlsittri u mezzi oħra ta’ kommunikazzjoni fejn tista’ tintalab informazzjoni fir-rigward tal-VAT jew taxxa.

Fi stqarrija, il-Kummissarjat għat-Taxxi qed javża biex dawn it-talbiet għall-informazzjoni, li jistgħu jintalbu minn żmien għal żmien, jiġu injorati.

F’każ ta’ xi dubju jista’ jsir kuntatt fuq in-numru 144 fir-rigward tan-negozju u 153 (freephone) fil-każ taċ-ċittadin u tingħata struzzjoni meħtiega mill-uffiċjali tad-Dipartiment.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi jaġġorna regolarment is-sit elettroniku tiegħu bi struzzjonijiet relatati ma’ dawn is-scams.

More in Socjali