Monsinjur Malti fil-Vatikan maħtur Nunzju Appostoliku

Monsinjur Antoine Camilleri għandu 54 sena u huwa minn Tas-Sliema

Il-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Antoine Camilleri bħala Nunzju Appostoliku u Arċisqof Titulari ta’ Skálholt

Monsinjur Antoine Camilleri għandu 54 sena u għal dawn l-aħħar snin serva bħala Sotto-Segretarju tas-Santa Sede għar-Relazzjonijiet bejn l-Istati, fi ħdan is-Segreterija tal-Istat tal-Vatikan, iżda ilu jaħdem fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede mill-1999.

Camilleri, li huwa minn Tas-Sliema, huwa gradwat fil-Ġurisprudenza u l-Liġi Kanonika.

Fi stqarrija, l-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljajru Joseph Galea-Curmi, laqgħu din l-aħbar u wiegħdu lill-Monsinjur Camilleri t-talb tal-Knisja f’Malta u Għawdex.

More in Socjali