L-AGEM titlob lill-awtoritajiet jippubblikaw l-istudji dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

Fi stqarrija l-Għaqda bi pjaċir innotat ukoll l-effetti pożittivi li qed iħalli r-raba' vapur tal-Gozo Channel.

L-Assoċjazzjoni tal-Ħaddiema Għawdxin f’Malta (AGEM) qed titlob lill-awtoritajiet sabiex jippubblikaw l-istudji kollha, ġaladarba lesti relatati mal-kostruzzjoni tal-mina bejn Malta u Għawdex.

“Dawn l-istudji għandhom mhux biss jiffokaw fuq il-viabbiltà ambjentali u finanzjarja tal-proġett iżda għandhom jqisu wkoll l-impatt li se jkollu r-raba vapur tal-Gozo Channel fuq is-servizz innifsu."

Fi stqarrija l-Għaqda bi pjaċir innotat ukoll l-effett pożittiv li qed iħalli r-raba' vapur tal-Gozo Channel.

"Bir-raba vapur is-servizz qed iħalli effetti pożittivi fuq l-impjegati Għawdxin li jaħdmu Malta.Id-dewmien tnaqqas u anke l-ħin tal-ivvjaġġar lejn u minn Malta.” Apparti minn hekk, AGEM qalet li tħossha wkoll sodisfatta bil-kalendarju attwali tal-Gozo Channel u l-frekwenza li biha qed jaħdmu l-erba’ vapuri.

More in Socjali