40 karozza tal-linja ġdida fit-toroq Maltin għal servizz aktar effiċjenti

Il-Malta Public Transport tħabbar il-konsenja ta' 40 karozza tal-linja ġdida fl-ewwel ġimgħa ta' Awissu

Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

Dalgħodu waqt konferenza stampa, Malta Public Transport ħabbret illi se żżid 40 karozza tal-linja ġdida fit-toroq Maltin bl-għan li tisaħħaħ il-kapaċità u l-effiċjenza tas-servizz.

Fid-diskors tiegħu,  Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg sostna li, "l-Gvern għandu l-viżjoni li t-trasport pubbliku jkun effiċjenti, konsistenti u faċilment disponibbli."

Il-Ministru Ian Borg | Ritratt | James Bianchi MediaToday
Il-Ministru Ian Borg | Ritratt | James Bianchi MediaToday

Ix-xarbanks il-ġodda fihom 12-il metru u jaħdmu b'teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju b'rispett akbar għall-ambjent,

Il-Ministru spjega wkoll li permezz tal-ħidma tal-Gvern, l-użu ta' trasport pubbliku żdied b'mod sostanzjali matul is-sena li għaddiet hekk kif skontu, total ta' 53 miljun persuna użaw il-karozza tal-linja.

B'hekk issa l-flotta totali tal-karozzi tal-linja se jitilgħu għal 435.

 

More in Socjali