'Kunu ta' ħadd, imma kunu għal kulħadd' - l-Arċisqof f'Jum il-Pulizija

L-Arċisqof Charles J Scicluna jmexxi quddiesa fil-Kon Katidral ta' San Ġwann fil-ġurnata li tfakkar lill-Pulizija

L-Arċisqof Charles J Scicluna jmexxi quddiesa nhar Jum il-Pulizija
L-Arċisqof Charles J Scicluna jmexxi quddiesa nhar Jum il-Pulizija

Fl-omelija tiegħu waqt iċ-ċelebrazzjoni ta' Jum il-Pulizija fil-Kon Katidral ta' San Ġwan,  l-Arċisqof Charles J Scicluna appella biex, "il-Mulej ikompli jidderiġi l-Korp tal-Pulizija li bħala motto għandu: Domine dirige nos. Mulej, idderiġina inti, agħtina inti d-direzzjoni imma ħarisna wkoll. Il-Mulej ikun il-ħarsien tagħkom. Jiena nixtieq nitlob ukoll għal min, minħabba x-xogħol tiegħu, ikollu jgħaddi minn diversi trawmi," sostna Scicluna.

Huwa qal li meta jisma’ b’omiċidji u sitwazzjonjiet trawmatiċi l-ewwel li jaħseb ovvjament fil-vittma u l-qraba, imma mbagħad fil-first responders, "dawk li jridu jkunu hemm u jsibu ruħhom f’sitwazzjonijiet tassew diffiċli umanament, affarijiet li tant huma skabrużi u trawmatiċi li ma jħallukx kif tkun. Għalhekk, nappella lill-Korp tal-Pulizija apparti t-taħriġ, ikompli jipprovdi wkoll għajnuna psikoloġika lin-nies li biex jaqdu lill-pajjiż iridu jħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet umani diffiċli ħafna."

"Tinsewx li l-ġurament tagħkom qiegħed għal-lealtà lejn ir-Repubblika, lejn il-pajjiż. Tkunu ta’ ħadd, kunu għal kulħadd, kunu ta’ servizz għaċ-ċittadini kollha u għal dawk li jkunu fostna, b’sens ta’ lealtà u ta’ onestà."

More in Socjali