'Trabi jistgħu jegħrqu' ... twissija dwar floats tat-tfal

Il-konsumaturi li xtraw dawn il-prodotti qed ikunu mħeġġa biex jieqfu jużawhom

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qed twissi lill-pubbliku dwar floats għall-għawm,  intenzjonati għat-trabi u li mhumiex siguri .

Instabu li huma ta’ riskju serju għax it-tarbija tista’ tegħreq minħabba r-raġunijiet li

  • Il-qiegħ ċatt ta’ dawn il-floats jimplika instabbiltà, u b’hekk għandhom ċans akbar li jinqelbu.
  • Minħabba li l-proporzjon tal-area huwa ikbar meta mqabbel mal-volum, jiżdied iċ-ċans li l-float bit-tarbija, jinġarr mal-kurrent.

Dan wassal lid-Direttorat biex jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiżgura l-irtirar ta’ dawn il-prodotti mis-suq lokali.

Il-konsumaturi li xtraw il-prodotti li jidhru fir-ritratt qed ikunu mwissija biex  immedjatament jieqfu jużawhom u jirritornawhom għand tal-ħanut minn fejn xtrawhom.

More in Socjali