Għarukaża! Boroż, żibel u ħmieġ jiddominaw inħawi fil-Miżieb

Persuni li marru jimxu fil-kampanja jsibu partijiet mill-Miżieb mimlijin żibel u ħmieġ

Platti, boroż, ħmieġ u telqa - Il-Miżieb
Platti, boroż, ħmieġ u telqa - Il-Miżieb

Partijiet mill-Miżieb, masġar mill-isbaħ u post fejn ħafna nies imorru għal picnics jew inkella għall-kaċċa fil-ħinijiet ta' filgħodu, huma invażati bil-ħmieġ, boroż taż-żibel u platti tal-plastic. 

Persuni li marru jimxu l-Miżieb ħadu numru ta' ritratti li juru l-istat meskin li fih jinsab dan il-post mill-isbaħ f'Malta, fejn minkejja bosta appelli biex ttinżamm l-indafa partijiet minn dan il-masġar jinsab fi stat tal-biki. Il-persuni, li tellgħu dawn ir-ritratti fuq il-midja soċjali, esprimew xokk u rabja għall-mod kif qed ikun trattat il-wirt ambjentali ta' pajjiżna. 

Il-post huwa mmexxi mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonijiet (FKNK). 

More in Socjali