Filmat | 'Grazzi ... nitlob għalikom' ... tibda tasal l-għajnuna

Ħafna nies, fosthom Deputati, jagħmlu kuntatt mal-illum.com.mt u joffru l-għajnuna

Tibda tasall-ewwel għajnuna
Tibda tasall-ewwel għajnuna

Wara l-istorja tal-bieraħ fuq il-gazzetta ILLUM, numru kbir ta' persuni privati u anke Deputat u persuna fil-Gvern offrew l-għajnuna lil din il-mara ta' 65 sena li għadhom kemm qalulha li se jkollha titlaq mill-kirja wara 19-il sena u li taf tispiċċa mingħajr saqaf fuq rasha. 

Hi spjegat kif b'pensjoni ta' €515 hi qegħda tikri post ta' €300 u li wara li jkollha titlaq mill-kirja ma tafx x'se tagħmel u fejn se tgħix. 

Intant ftit tal-ħin ilu l-ILLUM waslet l-ewwel għajnuna lill-mara, fil-forma ta' flus u anke xirja.

Source: Tasal l-ewwel għajununa, grazzi by Illum

Dawk li jixtiequ jgħinu jekk jogħġobhom iċemplu fuq 79234323 

More in Socjali