Il-Kunsill tal-Belt Valletta jipprepara sorpriża għad-Deputat Prim Ministru

"Is-Sindku Belti saħaq li l-politika għandha tgħaqqad u mhux tifred

Sorpriża ħelwa dalgħodu għad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne hekk kif il-Kunsill tal-Belt Valletta preparalu kejk biex flimkien miegħu jiċċelebraw għeluq sninu.

Il-Ministru għas-Saħħa kien qed jattendi konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-binja tal-Kunsill Belti biex jagħti dettalji dwar il-ħidma tal-Gvern fil-prevenzjoni tal-kanċer fil-musrana.

Fi tmiemha s-Sindku Christian Micallef awguralu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu u ppreżentalu l-kejk.

Fuq Facebook, Christian Micallef kiteb li "l-politika għandha tgħaqqad u mhux tifred."

More in Socjali