Fil-qofol tal-Karnival tasal l-aħbar tal-mewt ta' waħda miż-żeffiena

Diversi żeffiena minn kumpaniji differenti waqfu biex isellmu l-memorja ta' Kelly Mifsud

Hekk kif il-Karnival laħaq il-qofol tiegħu, id-dilettanti tal-Karnival qamu maħsuda bil-mewt ta’ Kelly Mifsud, waħda miż-żeffiena tal-Karnival.

Ir-rivalità ngħatat il-ġenb hekk kif diversi kumpaniji tal-Karnival u żeffiena sellmu l-memorja ta’ Kelly li tant kienet tħobb dan iż-żmien ta’ ferħ.

Fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Dreamteam Carnival, ittella’ wkoll post li sellem lil Kelly li anke din is-sena kellha tkun parti mit-tim ta’ żeffiena.

More in Socjali