Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Arċipriet ġdid għas-Siġġiewi u Kappillan ġdid għal Ħ'Attard

Dun Joseph Grech inħatar Kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Marija ta’ Ħ’Attard u postu bħala Arċipriet tas-Siġġiewi se jieħdu Dun Josef Mifsud

Yendrick Cioffi / 16 ta' Frar 2019 12:49
Dun Joseph Grech (xellug) u Dun Josef Mifsud (Lemin)
L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Joseph Grech bħala l-Kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Marija ta’ Ħ’Attard u postu bħala Arċipriet tas-Siġġiewi se jkun qed jieħdu Dun Josef Mifsud

Dun Joseph Grech għandu 48 sena u ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997.

Huwa serva bħala bħala viċi arċipriet fil-parroċċa ta’ Bormla (1997), arċipriet tal-parroċċa tal-Isla (2002) u arċipriet tal-parroċċa tas-Siġġiewi (2012) fejn ilu jservi għal dawn l-aħħar seba’ snin.

Dun Josef Mifsud tgħandu 37 sena u trabba s-Siġġiewi fejn se jservi ta’ Arċipriet.  Huwa ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju 2007, fejn serva bħala viċi kappillan fil-parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar, u fl-2010 inħatar bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

Il-parroċċa tas-Siġġiewi tiġbor fiha madwar 7,700 persuna f’2,500 familja, filwaqt li dik ta’ Ħ’Attard tiġbor fiha madwar 11,000 persuna f’3,300 familja.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook