Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Appell għal dawk li huma allerġiċi għall-glutina

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali javża lil dawk allerġiċi mill-glutina biex ma jikkonsmawx dan il-pakkett b'din it-tikketta

Yendrick Cioffi / 6 ta' Frar 2019 17:36
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed iwissi lill-pubbliku biex dawk li huma allerġiċi għall-glutina ma jikkonsmawx dan il-pakkett minħabba żball fuq it-tikketta.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon  2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. 

Wieħed jista' jżur ukoll il-paġna tad-Direttorat fuq jew is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook