Filmat | Ħaż-Żebbuġ jibki t-telfa ta' Joe Attard li miet wara inċident bil-logħob tan-nar

L-inċident kien seħħ fis-26 ta' Jannar li għadda, biswit il-kamra tan-nar ta' San Ġużepp ta' Ħaż-Żebbuġ

Dalgħodu, Ħaż-Żebbuġ qam maħsud bil-mewt ta' Joe Attard, wieħed mill-irġiel li kien sofra ġrieħi gravi f'inċident li seħħ fis-26 ta' Jannar li għadda, biswit il-kamra tan-nar ta' San Ġużepp ta' Ħaż-Żebbuġ.

Attard, li kellu 58 sena, kien ilu jiem fil-periklu tal-mewt wara li sofra minn ħruq estensiv.

Kienu ħafna dawk li sellmu l-memorja ta' Joe Attard, b'mod partikolari l-partitarji tal-Każin San Ġużepp u l-Banda de Rohan li Attard tant kien iħobb.

More in Socjali