It-tfajjel li seraq qlub id-dilettanti tal-futbol jinsab tajjeb

Omm Kane ikkonfermat fuq Facebook li l-operazzjoni kienet suċċess

Kane, it-tfajjel li seraq il-qlub ta’ ħafna, jinsab tajjeb u l-operazzjoni tiegħu kienet suċċess.

Kane u l-ġenituri tiegħu telgħu l-Ingilterra biex ilbieraħ saritlu l-operazzjoni.

Omm Kane kitbet fuq Facebook biex filwaqt li tirringrazja lil dawk kollha li kienu viċin tagħhom f’dawn iż-żminijiet, tikkonferma li l-operazzjoni kienu suċċess.

Kane huwa dilettant kbir ta-futbol, partikolarment ta' Floriana FC u t-tim tiegħu flimkien ma' timijiet oħra ġabru donazzjonijiet waqt partiti differenti bil-għan li Kane ikun jista' jagħmel l-operazzjoni u jkollu dak kollu li għandu bżonn.

More in Socjali