Rekord assolut - Il-poplu Malti jagħti aktar minn €7 miljuni fl-Istrina

Rekord assolut kemm ilha ssir l-Istrina...l-poplu jiftaħ idejh mal-Malta Community Chest Fund

Il-President Marie Louise Coleiro Preca
Il-President Marie Louise Coleiro Preca

L-Istrina ta' din is-sena ma kinitx biss suċċess imma laħqet somma rekord assolut li jaqbeż is-€7 miljuni.  Dan huwa rekord assolut ta' flus miġbura għall-Malta Community Chest Fund kemm ilha ssir l-Istrina, jiġifieri 23 sena. 

L-aħbar li nqabżu s-€7 miljun intlaqgħet b'ferħ u ċapċip u kant, 'flimkien f'solidarjetà  u 'Viva Malta.'

Din se tkun l-aħħar l-Istrina mmexxija mill-President Marie Louise Coleiro Preca, li wriet il-ferħ tagħha għall-ġenerożità kbira tal-poplu Malti.

"Ejjew ħa nkomplu nkunu uniċi kuljum. Nkomplu ningħaqdu biex nkomplu nagħmlu l-ġid lil pajjiżna," temmet tgħid il-President tar-Repubblika.

Ritratti | Mill-paġna ta' L-Istrina
Ritratti | Mill-paġna ta' L-Istrina
Ritratti | Mill-paġna ta' L-Istrina
Ritratti | Mill-paġna ta' L-Istrina
Ritratti | Mill-paġna ta' L-Istrina
Ritratti | Mill-paġna ta' L-Istrina
Ritratti | Mill-paġna ta' L-Istrina
Ritratti | Mill-paġna ta' L-Istrina
Ritratti | Mill-paġna ta' L-Istrina
Ritratti | Mill-paġna ta' L-Istrina

More in Socjali