Abbatini Maltin fil-Vatikan għall-Milied u l-ewwel tas-sena

Din hija l-ewwel darba li grupp ta' abbatini Maltin telgħu l-Vatikan f'dan il-perjodu tas-sena...

L-abbatini Maltin mal-Papa Franġisku
L-abbatini Maltin mal-Papa Franġisku

Għall-ewwel darba l-Għaqda tal-Abbatini Maltin ġiet mitluba mill-Preseminarju tal-Vatikan biex fil-Milied 2018 tibgħat abbatini Maltin jaqdu fil-Quddiesa li jsir fil-Bażilika ta' San Pietru fil-Vatikan.

Dun Frans Bonnici, direttur tal-Għaqda abbatini Maltin laqa' bil-ferh din l-istedina. Hekk ukoll l-abbatini u l-ġenituri tagħhom kienu ferħanin li l-abbatini jilqgħu din l-istedina. Grupp ta' abbatini bħalissa qegħdin fil-Vatikan għas-servizz liturġiku u nhar il-ġimgħa grupp ieħor jmur il-Vatikan għall-ġranet ta' qabel u wara l-Ewwel tas-sena.

Fil-Lejl tal-Milied l-abbatin kienu preżenti għall-Quddiesa ta'Nofs il-lejl u lejlet l-Ewwel tas-sena l-abbatini Maltin se jieħdu sehem fil-Għasar li jagħmel il-Papa b'ringrazzjament lil Alla għas-sena li għaddiet. F'Malta ma jonqsu qatt żgħażagħ kattolici li joffru lilhom innfushom għas-servizz tal-Knisja Universali. Hija ħaġa sabiħa li l-għadd ta- adolexxenti u żgħażagħ li lesti joffrun dan is-servizz qiegħed dejjem jiżdied.

More in Socjali