Dan il-Milied tikolx waħdek...il-Caritas qed tistiednek għall-ikel

Madwar 500 persuna se jkunu qed jattendu għall-ikla tal-Milied fil-Kurja tal-Arċisqof

Jekk dan il-Milied ma għandekx ma min tqattgħu, l-Arċidjoċesi ta’ Malta flimkien ma’ Caritas Malta qed jistednuk għall-ikla tradizzjonali tal-Milied fil-Kurja tal-Arċisqof.

Din se tkun ir-raba’ sena konsekuttiva li Caritas Malta, bl-appoġġ ta’ Alf. Mizzi Foundation u l-Uffiċċju tal-President, se jkunu qed jorganizzaw din l-ikla.

Ilbieraħ, l-Arċisqof Charles Scicluna, flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, flimkien mad-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt, iltaqgħu mal-voluntiera li qed iħejju għall-ikla ta’ Jum il-Milied.

Din is-sena, għal din l-ikla se jkunu qed jattendu madwar 500 persuna.

Min-naħa tiegħu, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna saħaq li s-solitudni diffiċli tkun eliminata komplatament, madanakollu insista dwar l-importanza li kull persuna tħoss l-għożża tal-komunità li jkun qed jgħix fiha, speċjalment f’dawn iż-żminijiet ta’ festa.

More in Socjali