Filmat | Claudette Buttigieg kuntenta ... il-Parlament ikanta 'Desire'

Id-Deputati bdew jippreparaw biex anke huma jkunu parti mill-Istrina, l-għada tal-Milied

Daqshekk qabdu ma' Claudette Buttigieg! Id-Deputati Parlamentari, miż-żewġ naħat tal-Kamra, flimkien ma' kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ingħaqdu biex ikantaw 'Desire,' il-kanzunetta li biha Claudette kienet irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision fis-sena 2000.

Dan hekk kif id-Deputati bdew jippreparaw biex anke huma jkunu parti mill-Istrina, l-għada tal-Milied.

Filmati li qed iduru fuq il-midja soċjali, juru lid-Deputati Parlamentari jkantaw u jiżfnu ma' diversi kanzunetti popolari, fosthom anke l-famuża 'Macarena.'

 

More in Socjali