Filmat | Kwantità kbira ta' plastik jittella' mal-mewġ f'Għajn Tuffieħa

Il-filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri l-bajja mimlija b'dan il-plastik żgħir

Il-mewġ pattihielna! Kwantità kbira ta' plastik li xi ħadd rema fil-baħar, spiċċa ttella' mal-mewġ f'Għajn Tuffieħa.

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri biċċiet tal-plastik żgħar li mlew il-bajja bħar-ramel.

Id-darba li jmiss, meta tkun se tarmi xi ħaġa barra jew fil-baħar, aħsibha sew!

 

More in Socjali