Ottubru kien ilu ma jara daqshekk xita mill-1950

Minkejja dan kien ftit aktar sħun mis-soltu

Il-bassara indipendenti tat-temp, FirstMalta.com qalu li matul ix-xahar ta’ Ottubru l-ammont ta’ xita li niżlet kienet aktar mid-dopju tal-medja tax-xita li normalment tagħmel matul dan ix-xahar.

Fil-fatt jirriżulta li Ottubru ilu ma jara daqshekk xita mill-1950.

F’Birkirara, matul ix-xahar li għadda, niżlet 195 milimetru ta' xita meta l-medja hija dik ta’ 83mm.

Matul l-istess xahar, 14-il jum kienu kkaraterizzati mix-xita u f'sebat ijiem oħra x-xita kienet akkumpanjata mis-sajjetti.

L-aktar li niżlet xita kien fit-18 ta’ Ottubru u l-aktar li għamlu sajjetti kienu fit-12 u fit-18 tax-xahar.

Iżda anke jekk Ottubru kien aktar imxarrab mis-soltu, kien ukoll 0.3°C aktar sħun, bit-temperatura medja kienet dik ta’ 21.7°C

More in Socjali