'Dan hu l-ewwel pass għall-protezzjoni tal-prostituti'

Din il-ġimgħa tnieda l-programm 'Exit' biex ikunu mgħejuna l-prostituti

Illum fi stqarrija, il-pjattaforma Empower faħħret it-tnedija tal-programm Exit li skonthom, “se jkun l-ewwel pass lejn ir-riformi li finalment se jibdew jipproteġu lill-prostituti.”

"Il-Programm ‘EXIT’ se jkun qiegħed jassisti lid-diversi nisa li huma involuti f’ċirku ta’ abbuża sesswali u prostituzzjoni li ħafna mid-drabi ukoll jispiccaw vittmi ta’ droga u anke problemi ta’ saħħa mentali," qalu Empower

Dan il-programm se jibda jassisti wkoll nisa li bħalissa qegħdin jiskontaw sentenza l-ħabs u li kienu involuti fil-prostituzzjoni billi joffrulhom għajnuna ta’ speċjalisti dan bl-għan li jimxu l-bogħod mill-prostituzzjoni.

L-għaqda faħħret lis-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi, Julia Farrugia Portelli għal, “din l-inizjattiva importanti, filwaqt li żiedet tgħid li “se tkun qed tistenna bil-ħerqa aktar riformi bħal dekriminlizazzjoni tal-prostituzzjoni u li fl-istess waqt jsir att kriminali li wieħed jfittex il-prostituzzjoni. Liema att skont l-għaqda huwa forma ta’ vjolenza domestika.

Empower hija għaqda komposta minn 17 -il għaqda oħra li jadħmu favur id-drittijiet tan-nisa u li taħt id-diriġenza tal-President Mary-Louise Coleiro Preca inaqgħdu flimkien sabiex jaħdmu favur diversi kwistjonijiet li n-nisa jiffaċċjaw fuq din il-gżira.

More in Socjali