Fjuri fil-baħar biex titfakkar ħajjet l-għaddas żagħżugħ Neil Zammit

....fjuri fil-baħar minn qraba u ħbieb wara traġedja li ħalliet familja u pajjiż taħt xokk

Fjuri fil-baħar biex titfakkar ħajjet Neil Zammit li miet waqt li kien qed jogħdos fl-ibħra ma' sieħbu
Fjuri fil-baħar biex titfakkar ħajjet Neil Zammit li miet waqt li kien qed jogħdos fl-ibħra ma' sieħbu

Neil Zammit, żagħżugħ ta' 20 sena li l-ġimgħa l-oħra ħalla din id-dinja wara li niżel jogħdos fil-baħar u ma telax lura tfakkar bi fjuri fil-baħar. Fil-fatt ritratti mill-isbaħ mtellgħin fuq Facebook minn qraba u ħbieb juru lil dawk l-aktar qrib ta' Zammit jitfgħu fjuri fil-baħar, il-baħar li tant u tant kien iħobb Neil. 

 It-tfittxija għalih damet diversi sigħat u kellha titwaqqaf mill-baħar minħabba preżenza ta' 'ħuta kbira' fil-viċinanzi.  Intant dalgħodu qed tingħata l-aħħar tislima lil Neil.

Neil Zammit, iż-żagħżugħ li kien jgħix għall-baħar...
Neil Zammit, iż-żagħżugħ li kien jgħix għall-baħar...
Fjuri fil-baħar mill-qraba u ħbieb
Fjuri fil-baħar mill-qraba u ħbieb

More in Socjali