Kważi 100 fekruna titwieled u tinżel fil-baħar tal-Ġnejna

...ferħ minn voluntieri hekk kif twieldu kważi 100 fekruna fil-Ġnejna, suċċess kbir minkejja biza' sforz il-maltemp

100 fekruna titwieled fil-Ġnejna...(Ritratt minn Nature Trust)
100 fekruna titwieled fil-Ġnejna...(Ritratt minn Nature Trust)

Ilejla, Nature Trust ħabbret illi mat-98 fekruna (sal-10:00 p.m) twieldet u niżlet il-baħar. 

Din l-aħbar qed tkun milqugħa b'ferħ kbir mill-ambjentalisti u voluntieri kollha, speċjalment minn Nature Trust li kienet qed tieħu ħsieb is-sit fejn biedet il-fekruna. 

Minħabba maltempata fil-bidu ta' Awwissu u xita ftit qabel Santa Marija kien hemm biża' li ħafna mill-fkieren ma kienx se jirnexxielhom jitwieldu. F'dan il-kuntest dak li qed jiġri ilejla fil-Ġnejna hija tassew aħbar sabiħa. 

More in Socjali