Filmat | Sajjieda jsalvaw fekruna minn ħalq il-mewt

Grupp ta' rġiel isalvaw fekruna maqbuda f'parit...

Parti mill-filmat tas-sajjieda jsalvaw il-fekruna
Parti mill-filmat tas-sajjieda jsalvaw il-fekruna

Fekruna għaddejja minn tbatija kbira, kienet salvata minn grupp ta' sajjieda Maltin aktar kmieni illum. Hekk kif qed jiżdied dejjem aktar l-għarfien dwar l-fkieren u l-importanza tagħhom fl-eko sistema tal-baħar, dak li għamlu s-sajjieda mhu xejn inqas minn att ta' eroj. Fil-fatt taħt il-filmat, li issa beda jdur sew fuq il-midja soċjali, bosta nies qed ifaħħru lil dawn l-irġiel u jfakkru lil kulħadd biex jieħdu ħsieb in-natura. 

Il-fekruna kienet maqbuda f'xibka, msejħa parit (trammel net) u setgħet faċilment tmut kieku ma ġietx salvata. 

Ġimgħatejn ilu l-gazzetta ILLUM tat ħarsa estensiva lejn il-fkieren u t-theddida tal-plastik. 

More in Socjali