Il-maltempata tal-bieraħ tista' twassal biex ma jfaqqsux il-fkieren tal-Ġnejna

Lura fl-2012, seħħet maltempata tas-sajf simili, li wasslet biex ma faqqsux il-bajd fil-bejta

Ritratti | James Bianchi
Ritratti | James Bianchi

Ix-xita ma ħarbtitx biss lil dawk li lbieraħ kellhom iqattgħu ġurnata jgħumu jew lil min kien qed jiċċelebra l-festa imma anke jista' jkun li għamlet ħsara lill-bajd tal-fkieren li hemm fuq il-Bajja tal-Ġnejna.

Fi stqarrija, l-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar qalet li qed tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tipproteġi l-bajd tal-fkieren u biex jinżammu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex il-bajd ifaqqas kif suppost.

Minkejja dan, hemm diversi fatturi li qed jagħmlu dan ix-xogħol diffiċili. F'din il-bajja, is-saff ta' fuq tar-ramel għandu saff ieħor ta' tafal taħtu.

L-Awtorità spjegat kif dan is-saff għandu t-tendenza li jżomm l-ilma u b'hekk inaqqas l-ammont ta' arja li l-fkieren fil-bejta jeħtieġu biex jieħdu n-nifs u jiżviluppaw kif suppost. 

Lura fl-2012, seħħet maltempata tas-sajf simili, li wasslet biex ma faqqsux il-bajd fil-bejta.

More in Socjali