L-istatwa ikonika tal-Madonna tar-Ramla l-Ħamra se tkun restawrata

...partijiet mill-istatwa li tmur lura għall-1881 huma mkissrin...

Il-Madonna tar-ramla l-Ħamra
Il-Madonna tar-ramla l-Ħamra

L-Istatwa tal-Madonna tat-Tama, illi tinsab fin-nofs tal-Bajja tar-Ramla l-Ħamra f'Għawdex, se tkun irrestawrata. 

L-Istatwa ikonika li tmur lura għall-1881 kienet mibnija minn John Gauci mix-Xagħra. Hija magħmula mill-konkrit u mibnija fuq pedestall tal-franka, materjali li ntagħżlu apposta minħabba l-kundizzjonijiet li l-istatwa hija esposta għalihom. 

Ix-xogħolijiet se jinkludu, fost oħrajn, it-tindif u applikazzjoni mill-ġdid taż-żebgħa u rikostruzzjoni mill-ġdid ta' partijiet li kienu tkissru. 

 

More in Socjali