Sejħa urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm

Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm b'appell biex min jista' jagħti d-demm illum stess

 Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ippubblika appell urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm waqt li appella għal sewqan prudenti biex jiġu evitati inċidenti li spiss qed iħarbtu r-riserva tad-demm.

Fi stqarrija, is-servizz ażva lil min hu f'saħħtu biex jirrikorri biex jagħti d-demm, possibbilment illum stess.

Meta wieħed imur jagħti d-demm għandu jieħu miegħu:

  • il-karta tal-Identità li hi neċessarja
  • jixrob l-ilma minn qabel jersaq biex jagħmel l-għotja tad-demm
  • min ġie lura mis-safar f'dawn l-aħħar 4 ġimgħat u jixtieq jagħti d-demm, jew jixtieq jistaqsi xi mistoqsija relatata mal-għoti tad-demm hu mitlub iċempel 80074313

L-għoti tad-demm jista’ jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm li jiftaħ 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm. 

More in Socjali