Ixrob l-ilma għax ġejja mewġa ta' sħana

...Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa jappella biex tixrobu l-ilma u ma toqgħodux wisq fix-xemx hekk kif it-temperaturi se jogħlew

It-temperatura massima mistennija tkompli tiżdied fil-ġranet li ġejjin, f'dik li tista titqies bħala l-ewwel mewġa ta' sħana kbira din is-sena.

Id-direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa fakkar dwar l-importanza li nixorbu l-ilma matul ix-xhur tas-Sajf. Fakkar ukoll kif temperaturi għoljin ifissru illi l-ġisem jitlef l-ilma aktar malajr u li f'ċerti każi jistgħu jfissru wkoll għejja jew xemxata. Is-sħana tista'  taffetwa lil kulħadd għalkemm l-aktar persuni vulnerabbli huma l-anzjani, trabi u tfal żgħar kif ukoll dawk b'kundizzjonijiet kroniċi.

Id-Direttrat fakkar illi huwa importanti illi wieħed ma jkunx fix-xemx bejn l-10:00 am u l-4:00 pm, li tixrob l-ilma u li tfittex pariri f'każ illi jkun hemm tħassib dwar l-istat ta' saħħa tiegħek, frott is-sħana li mistennija tagħmel (u probabilment se tibqa' tagħmel tul is-Sajf). 

 

More in Socjali