Filmat | Rabja u għagħa hekk kif vettura titfa' materjal fil-baħar f'Marsalforn

...sorsi mill-Ministeru ta' Għawdex jgħidu li dan huwa xogħol li jsir kull sena, huwa kopert bil-liġi u l-materjal huwa ċagħaq u ramel 

Ix-xena tal-vettura titfa' materjal fil-baħar li qajmet reazzjoni negattiva
Ix-xena tal-vettura titfa' materjal fil-baħar li qajmet reazzjoni negattiva

Filmat ta' vettura li qed titfa' materjal fil-baħar f'Marsalforn qajjem agħa u rabja fost bosta fuq il-midja soċjali. 

Sorsi qrib il-Ministeru ta' Għawdex li tkellmu mal-illum.com.mt fakkru illi din hija xi ħaġa ta' rutina u huwa xogħol li jkopri ramel u ċagħaq li jkun inġabar fit-toroq u l-wied ta' Marsalforn matul ix-xitwa. Il-persuna li tkellmet ma' dan is-sit sostniet li dan ix-xogħol huwa kopert bil-permessi mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsa (ERA). . 

Minkejja dan kienu bosta li kkumentaw fuq Facebook u sostnew illi x-xogħol ma missux sar bħalissa, fl-aqwa tal-istaġun turistiku hekk kif jagħti fil-għajn u jagħti wkoll l-impressjoni li hija prattika li materjal għar-rimi jintrema' fil-baħar. 

Ma' dan is-sit is-sors qrib il-Ministeru ta' Għawdex sostna li dan ix-xogħol isir meta it-temp ikun tajjeb u l-baħar jippermetti. Intant il-Ministru tal-Ambjent Josè Herrera qal, fi tweet, illi kien infurmat li uffiċjali tal-ERA marru fuq il-post biex jaraw illi kollox qed isir skont il-prassi u 'l-method statement'.

More in Socjali