Sentenza sospiża talli darab lill-eksmara tiegħu

Fil-Qorti, l-ispettur jgħid li dan kien l-20 każ tal-koppja f'temp ta' sentejn

Dalgħodu fil-Qorti, Furjaniż nstab ħati talli hedded u darab b'mod ħafif lill-eksmara tiegħu waqt argument ilbieraħ fil-Furjana.

L-Ispettur li mexxa l-prosekuzzjoni, Daryl Borg qal lill-maġistrat Doreen Clarke li dan kien l-għaxar każ ippreżentat mill-mara din is-sena u l-għoxrin wieħed fl-aħħar sentejn. L-avukat tad-difiża Jason Grima qal li l-inċident kien kaġun ta' provokazzjoni mill-mara. Minkejja dan fis-seduta tal-lum ma instemgħu l-ebda dettalji dwar dan. L-avukat spjega li l-koppja kienet f'nofs il-proċedimenti ta' separazzjoni.

Fid-dawl ta' dan, Il-Qorti,  imponiet is-sentenza ta' 4 xhur ħabs, sospiża għal 18-il xahar flimkien ma' ordni li l-akkużat ma jistax jersaq lejn il-vittma għal perjodu ta' 3 snin.

More in Socjali