Għexieren mweġġa' wara splużjoni f'festival Lhudi f'Londra

Il-Pulizija qalet li ma kien hemm l-ebda rapport ta' grieħi gravi

Għexieren ta' nies sfaw imweġġa wara splużjoni f'festival tal-Lhud f'Sellford Hill,Londra.

Skont rapporti fil-midja l-splużjoni seħħet wara li nxtegħlet il-ħuġġieġa ċerimonjali ta' dan l-avveniment u għalkemm m'huwiex ċar xkien il-kawża tal-isplużjoni, rapporti oħra qalu li din jaf kienet kaġun il-fjuwil li ntefa' fil-ħuġġieġa.

Il-Pulizija Metropolitana qalet li ma kien hemm l-ebda rapport ta' grieħi gravi, uħud mill-persuni li weġġħu ġew trattati għal ħruq fl-uċuħ tagħhom. Il-Pulizija qalet li ma kien hemm  l-ebda allegazzjonijiet kriminali f'dan l-inċident.

More in Socjali