74% tal-Maltin jixtru l-ħwejjeġ minn fuq l-Internet

F’perjodu ta’ 10 snin l-kummerċ elettroniku f’Malta żdied b’27%

Minn ħwejjeġ sa tagħmir elettroniku; l-użu tal-internet għal skopijiet kummerċjali ċertament li qiegħed dejjem jiżdied fil-popolarità. Għal ħafna konsumaturi din il-possibbiltà toffri dinamika ġdida għax-xiri, 24 siegħa kuljum, għażla wiesgħa ta’ prodotti u paragun ta’ prezzijiet istantanju. Tant hu hekk li skont ċifri ġodda ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika Ewropew (Eurostat) tul is-sena li għaddiet, 74% tal-Maltin użaw l-internet sabiex jixtru l-ħwejjeġ. 

Il-pubblikazzjoni tal-Eurostat bl-isem ta’ ‘Digital Skills for a Digital World’ stabillixiet li x-xiri onlajn huwa komuni fost il-gruppi ta’ etajiet kollha però l-iktar, b’77% bejn l-etajiet ta’ 25 u 34 sena. Dawn kienu segwiti b’72% minn dawk l-individwi bejn l-etajiet ta’ 35 u 44 sena u 72% tal-individwi bejn l-etajiet ta’ 16 u 24 sena. Min-naħa l-oħra fl-istess perjodu, kienu 52% tal-anzjani li jgħixu fl-UE li użaw l-internet biex jixtru oġġetti jew servizzi onlajn.

Apparti minn hekk ir-rapport qal li l-maġġoranza (69%) ta’ dawk li jagħmlu użu mill-kummerċ elettroniku fl-UE ma kellhom l-ebda problema meta nxtraw affarijiet onlajn u meta nqalgħu problemi dawn l-aktar kienu minħabba dewmien fil-posta u ħsarat tekniċi fil-websajts. 

Is-suq tar-reklamar jidher li qed jiġi milqut sew mill-Internet speċjalment f’pajjiżna, hekk kif b’47% tan-negozji Malta qalu li jużaw l-internet għal skopijet ta’ reklamar. In-negozji Maltin ġew segwiti minn dawk fl-Iżvezja b’42% u mid-Danimarka b’40%. B’kollox 6% tan-negozji li joperaw fl-UE jagħmlu użu mir-reklami fuq l-Internet.

Apparti mill-użu tal-Internet għax-xiri, ir-rapport xehed dawl fuq l-użu tal-Internet fil-pajjiżi membri stati tal-UE. Notevolment irriżulta li b’87%, il-Maltin huma fost l-iktar mill-pajjiżi tal-UE li jużaw il-midja soċjali. Din ir-rata għolja kienet irrapportata wkoll fil-qasam tan-negozji li jużaw il-midja soċjali f’Malta, b’76% tan-negozji kollha jagħmlu użu minn dan, kważi 32% iktar min-negozji fir-Renju Unit.

Interessanti huwa l-fatt li skont din il-pubblikazzjoni nofs il-Maltin jużaw l-Internet sabiex jagħmlu l-pjanijiet ta’ safar, bħal ngħidu aħna xiri ta’ biljetti tal-ajru u riservazzjonijiet fl-lukandi. Apparti minn dan 79% tal-Maltin qalu li jużaw l-Internet sabiex isegwu videos fuq servizzi bħal Netflix u Youtube.

Fuq nota differenti, l-istess rapport żvela li sebgħa minn kull 10 negozji f’Malta jsibha diffiċli sabiex issib nies kompetenti biżżejjed biex jaħdmu fid-dinja tal-ICT. Ir-rapport juri wkoll li 48% tan-negozji fil-membri stati kollha fl-Unjoni Ewropea sabu diffikulta sabiex jingaġġaw nies f’dan il-qasam.

Notevolment 50% tan-negozji kollha fl-UE esternalizzaw il-funzjonijiet teknoloġiċi lill-kumpaniji terzi, filwaqt li fl-aħħar 10 snin l-impjiegi fl-ICT żdiedu b’total ta’ 33%. Ir-rapport aċċenna wkoll għar-raġunijiet li setgħu wasslu għal din iż-żieda bla preċdent hekk kif skontu, kuntrarjament għall-oqsma oħrajn il-professjoni u l-impjiegi fl-ICT baqa' stabbli anke fiż-żmien meta l-pajjiżi tal-UE kienu affettwati bi kriżi finanzjarja.

Intant ir-rapport żvela wkoll li 83% tan-nies li jaħdmu fl-ICT huma rġiel, żieda ta’ 5% mis-sena 2010 u li 16.7 % tal-persuni kollha li jaħdmu f’dan il-qasam huma nisa. Malta għandha l-ogħla persentaġġ ta’ żgħażagħ li jaħdmu fl-ICT, jiġifieri għall-iskopijiet ta’ statistika dawk l-individwi bejn l-etajiet ta’ 15-il sena u 34 sena. Intant fil-bqija tal-UE, 75% tan-nies li jaħdmu f’dan il-qasam għandhom 35 sena jew aktar. Apparti minn hekk, Malta għandha l-ogħla rata ta’ impjiegi fl-ICT hekk kif 98% ta’ da

More in Socjali